Saturday, December 21, 2024

“Il-mekkaniżmu tan-nisa għada pitgħada jista’ jkun qed jintuża għall-irġiel… il-bidla ma tiġix waħidha”

Id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qegħdin hawn illum ftit aktar minn xahar wara l-elezzjoni. Ma morniex nistrieħu, iżda żidna r-rittmu tal-ħidma tagħna. Ma taptapniex fuq dahar xulxin iżda mingħajr ħafna ewforija ffukajna fuq dak li nistgħu nagħmlu aħjar b’aġenda ta’ għaqda”. Sostna dan id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Micallef ukoll tkellem dwar il-mekkaniżmu favur aktar rappreżentanza feminili fil-parlament. Qal li sal-lum qiegħed jintuża għan-nisa, iżda għalkemm hemm ħafna li llum huma xettiċi, jaf għada pitgħada jkun qiegħed jintuża għall-irġiel. Micallef qal li eventwalment m’aħniex se jkollna bżonn dan il-mekkaniżmu, u se jkun hawn min jgħid kemm domna naħsbuha biex jiddaħħal dan il-mekkaniżmu.

Fost riformi oħra neċessarji li tiskatta d-diskussjoni dwarhom, Micallef tkellem dwar is-sħubija mandatorja fit-tradeunions, immirata lejn dawk il-ħaddiema l-aktar vulnerabbli li se tara li jonqos l-isfruttament minħabba dawk il-ftit li jabbużaw. 

Huwa għalaq iħeġġeġ lid-delegati Laburisti biex jagħtu vot b’saħħtu lil Robert Abela biex ikompli jmexxi lil dan il-pajjiż ’il quddiem u lil Chris Fearne biex spalla ma’ spalla miegħu jkompli jmexxi l-qasam tas-saħħa ’l quddiem biex tkompli l-ħidma għall-futur sabiħ li l-poplu għażel li jivvota għalih fis-26 ta’ Marzu. 

Ekonomija

Sport