Sunday, December 22, 2024

Il-Met Police tgħid li għandha madwar 161 uffiċjal fis-servizz b’kundanni kriminali 

Aqra wkoll

L-akbar korp tal-pulizija fir-Renju Unit, magħrufa bħala l-Met Police, beħsiebha ċċaqlaq uffiċjali minn skwadri ta’ kriminalità serja u t-terroriżmu. Dan hekk kif bħalissa hemm iktar minn 160 uffiċjal fis-servizz fil-Pulizija Metropolitana li għandhom kundanni kriminali, inklużi każijiet ta’ reati sesswali u każijiet ta’ vjolenzi li qegħdin jiġu kkunsidrati bħala serji.

Dan ġie kkonfermat mill-Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana Mark Rowley. Intqal kif kien hemm sensiela ta’ skandli ta’ profili għoljin, inkluż il-qtil ta’ Sarah Everard.

Il-Kummissarju Rowley, li beda f’din il-kariga f’Settembru li għadda ammetta li hemm mijiet ta’ uffiċjali li kellhom x’jaqsmu b’mod jew ieħor mal-korruzzjoni u li kien hu stess li assenja 90 uffiċjal minn unitajiet ta’ reari serji lid-Direttorat għall-Istandards Professjonali (DPS) fi sforz sabiex jitneħħew. 

F’ittra lis-Segretarju tal-Intern Suella Braverman u s-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan, il-Kummissarju Rowley qal: ‘Mhux biss żidna d-DPS tagħna b’150 ruħ, iżda l-iskala u l-urġenza ta’ dan ix-xogħol fissret li ddevjaw uffiċjali minn missjonijiet oħra bħalma huma serji u organizzati. 

Hu qal: “Ħadna din id-deċiżjoni għax ma nistgħux nirnexxu fl-ebda missjoni tal-pulizija sakemm ma nsolvux dawn il-kwistjonijiet bl-aktar mod urġenti possibbli.’ 

Id-Deputat Assistent Kummissarju Stuart Cundy qal li l-għarfien tal-esperti investigattivi tal-uffiċjali se jkunu utli biex jiġu eliminati l-għemejjel il-ħżiena u jiġu identifikati l-pulizija li allegatament wettqu l-korruzzjoni matul il-karrera tagħhom bħala pulizija. Qal ukol li biex jiġi żgurat li ttieħdet deċiżjoni tajba, ġew iċċekjati mal-1,000 rekord fejn uffiċjali u pulizija ġew akkużati bi vjolenza domestika jew b’reati sesswali fl-aħħar għaxar snin.

Ekonomija

Sport