Il-mexxejja Għarab approvaw 53 biljun dollaru Amerikan biex tinbena mill-ġdid il-Medda ta’ Gaża. Dan il-pjan tfallas bħala alternattiva għal pjani tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump fejn qal li se jieħu kontroll ta’ Gaża.
Trump kien qal li madwar żewġ miljun Palestinjan li bħalissa jinsabu jgħixu fil-Medda ta’ Gaża għandhom imorru jgħixu f’pajjiżi ġirien biex b’hekk l-Istati Uniti tkun tista’ tiżviluppa ż-żona.
Il-mexxejja Għarab qablu waqt laqgħa għolja li saret fil-kapitali Eġizzjana – Eġittu – li l-beda Palestinjan m’għandu jitħalla jitlaq minn daru.
“Il-pjan tal-Eġittu hu l-pjan tal-Għarab kollha,” qal Ahmed Aboul Gheit, is-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija waqt li kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti.
Mingħajr ma għamel l-ebda referenza għal Trump, Gheit qal li l-pajjiżi Għarb mhux se jħallu lil ebda Palestinjan jitlaq minn daru biex b’hekk il-Medda ta’ Gaża terġa’ tinbena mill-ġdid.