Wednesday, December 25, 2024

Il-MIM b’kollaborazzjoni mal-MTA u l-Ministeru għat-Turiżmu biex joffru korsijiet onlajn b’xejn lill-impjegati fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità

Aqra wkoll

Il-Malta Institute of Management qed jikkollabora mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur fuq proġett li joffri opportunità unika lill-impjegati tas-settur turistiku u l-ospitalità biex jagħmlu diversi korsijiet u jiksbu kwalifiċi bla ħlas.

Il-proġett intitolat “Empowering the Workforce through E-learning”jikkonsisti minn għadd ta’ korsijiet li jvarjaw minn seminars onlajn qosra għal oħrajn li jwasslu għal kwalifiċi akkredidati.

Il-korsijiet kollha qed jiġu offruti onlajn u għaldaqstant wieħed jista’ jkompli bl-istudji tiegħu mill-kumdità ta’ daru.

għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Malta Institute of Mangement jew billi jagħfas fuq dan il-LINK.

Ekonomija

Sport