Monday, April 29, 2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ticħad dak li qal il-PN fuq abbuż ta’ benefiċċji soċjali

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jiċħad allegazzjonijiet li saru mill-Partit Nazzjonalista dwar proċessi ta’ investigazzjoni fuq abbuż ta’ benefiċċji soċjali. Kien l-istess Ministeru, li minnufih wara rapport għand il-Pulizija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ikkopera mal-investigaturi fuq il-każijiet.

Il-Ministeru dejjem wera koperazzjoni totali waqt dawn l-istess investigazzjonijiet, u kommess li jkompli jaħdem favur it-twettiq tal-ġustizzja.

Aktar minn hekk kien il-Ministeru stess li kkummissjona r-rapport Mizzi, u ntrabat ukoll li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-istess rapport ippubblikat.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ser jibqa’ jaħdem biex jamministra l-ikbar nefqa soċjali ta’ kull żmien, li qed tmur biex issaħħaħ il-livell ta’ għajxien tal-familji u l-pensjonanti kollha.

Għaldaqstant kommessi li nkomplu nsaħħu l-livell u l-qagħda soċjali ta’ pajjiżna, filwaqt li m’aħna ser inħallu lil ħadd jirkeb fuq karrijiet politiċi sabiex ixekkel din il-ħidma tanġibbli riflessa fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport