Thursday, December 26, 2024

Il-Ministru Byron Camilleri jtenni l-impenn tal-Gvern li jindirizza l-ingustizzji tal-passat

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum inżammet laqgħa mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u li matulha t-taqsima tal-General Workers’ Union li tirrappreżenta lis-suldati ddiskutiet diversi punti li jinkludu l-ftehim kollettiv li ġie iffirmat ftit xhur ilu li minnu gawdew is-suldati, u l-process tal-inġustizzji pendenti fil-Forzi Armati ta’ Malta. 

F’din il-laqgħa kien rikonoxxut il-fatt li fl-aħħar sena s-suldati kollha bdew jibbenefikaw minn ftehim settorjali bla preċedent, b’kundizzjonijiet u salarji ferm aħjar minn kif kienu tħallew staġnati għal snin twal.

Kien spjegat lill-Ministru kif fid-dawl ta’ numru kbir ta’ inġustizzji u anomaliji passati kienu solvuti, fadal issa l-każijiet tal-aħħar bord. It-Taqsima tifhem li hemm ammont konsiderevoli ta’ każijiet x’jiġu kunsidrati, però tħoss li issa wasal iż-żmien li dawn il-każijiet ikunu magħluqa. 

Il-Ministru ta kelma li dan il-Gvern kien, għadu u se jibqa’ ta spalla soda għas-suldati. Prova ta’ dan kien l-ewwel ftehim settorjali li ibbenefikaw minnu l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, liema investiment wassal għal iżjed minn 8 miljun ewro fis-sena għal ħames snin. Għalhekk l-istess Ministru ta kelma li l-każijiet li għadhom miftuħa, kmieni f’leġislatura ġdida jiġu indirizzati u magħluqa wkoll. 

It-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi se tibqa’ ssegwi u ssostni l-impenn tagħha biex dawn il-każijiet pendenti jkunu indirizzati, bl-arretrati dovuti, bl-istess mod li rnexxiela ġġib l-ewwel ftehim settorjali għas-suldati wara ħafna snin.

Ekonomija

Sport