Friday, May 3, 2024

“Se mmexxu lil pajjiżna fil-livell li jmiss”

Aqra wkoll

“Jekk il-poplu jagħtini l-fiduċja fis-26 ta’ Marzu, dan se jkun prinċipju ewlieni li se jmexxi lil pajjiżna fil-livell li jmiss.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela waqt laqgħa mal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-qasam mediku għax-xogħol li jsir ta’ kuljum, partikolarmant fl-aħħar xhur bil-pressjoni li ġabet magħha l-pandemija. Aċċena wkoll għall-proposti li jinsabu fil-manifest tal-Partit Laburista, liema proposti ġew milqugħa mill-MUMN deskritti bħala “tajbin u meħtieġa.”

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru waqt din il-laqgħa kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne u l-Kandidati Jo-Etienne Abela u Malcolm Paul Agius Galea.

Sport