Il-Ministru issa jaf li mă konniex qegħdin

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

niżgwidaw….ix-xows li espqnejna għadhom qegħdin isiru

     – Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta

Il-komunità ta’ patrijiet f’Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta f’komunikat li ħarġu iddikjaraw li “l-Ministru Glenn Beddingfield għamel kuntatt mal-Ministru Provinċjal u talab li jiltaqa’ magħna. Kellu laqgħa mal-Ministru Provinċjal u mal-Gwardjan. Kienet diskussjoni serena u kostruttiva. Il-Ministru issa jaf li aħna ma konniex qed niżgwidaw lil ħadd u li dak li għedna kien il-verità. Minkejja r-rapporti li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu, is-shows li esponejna għadhom qed isiru.”

Iddikjaraw li “indirizzajna wkoll sitwazzjonijiet oħra, bħan-nuqqas ta’ aċċessibbiltà u l-mużika għolja. Erġajna esprimejna l-gratitudni tagħna lejn il-Pulizija, li kull meta tlabnieha tintervjeni, intervjeniet. Nemmnu li hemm rieda tajba u għandna tama li tista’ ssir xi ħaġa. Madankollu, insostnu wkoll li s-sitwazzjoni ma tiddependix biss mill-Ministru Beddingfield jew mill-Ministeru tiegħu, iżda minn diversi Ministri u Ministeri li lkoll għandhom ir-responsabbiltà tagħhom. Għal darb’oħra, il-poplu semma’ leħnu, u nittamaw li tittieħed azzjoni olistika biex jitħares il-ġid komuni.”

Qalu ukoll Ii “ma nixtiqux li l-attenzjoni tintefa’ biss fuq is-shows u tintesa l-vera raġuni għaliex qam dan kollu: l-oġġezzjoni tagħna għal stabbiliment ġdid li jinsab ftit passi ’l bogħod mill-Knisja, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi infurzata l-liġi fuq l-aspetti l-oħra sabiex jieqfu l-abbużi.

Aħna nibqgħu bil-bieb miftuħ għal kulħadd, kif dejjem konna. Qed nitkellmu għal dawk li jixtiequ jipprattikaw il-fidi tagħhom b’dinjità, għal diversi persuni vulnerabbli u għar-residenti. Dan nagħmluh kemm għax noffru servizz f’din il-lokalità, kif ukoll għax, fl-aħħar mill-aħħar, aħna wkoll residenti.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport