Sunday, December 22, 2024

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli f’laqgħa mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli kellha laqgħa mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb, li matulha l-Ministru ppreżentat kopja tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għal Malta għas-snin 2021-2030 dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità bit-tema ‘Libertà li tgħix’ u kopja tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu ta’ Malta għas-snin 2021-2030 bit-tema ‘Nirrispettaw id-Diversità Inħarsu l-Ekwità’.

Tul il-laqgħa, saret referenza partikolari għaż-żewġ strateġiji fejn jikkonċerna x-xogħol u l-persuni b’diżabilità.

Fil-laqgħa mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Ministru Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella u miċ-Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu Dr Alistair De Gaetano.

Ekonomija

Sport