Waqt li bħalissa għadhom qegħdin jaslu il-Ministru tal-Affarijiet Barranin li se jieħdu sehem fis-summit tal-OSCE, l-akbar stennija tal-uffiċjali tas-sigurtà hi l-wasla tal-Ministru Russu Sergey Lavrov. Waqt li għadd ta’ Miniștri tal-Affarijiet Barranin diġa waslu u anke bdew l-ewwel kuntatti għal laqgħat bilaterali, b’xi wħud huma diġa ippjanati, kollox jindika li n-naħa Russa se tkun qed tasal għas-summit proprju ftit ħin qabel jibda.
Kollox qiegħed jindika li l-Ministru Russu hu mistenni li jagħmel il-kritika tiegħu dwar kif qed tiġi trattata ir-Russja.
Dan is-summit meqjus bħala importanti għax qed isir f’muemnt kritiku għad-diplomazija internazzjonali u għall-futur tal-Ukrajna.