Wednesday, April 24, 2024

Il-Ministru tal-Ġustizzja jwiegħed li se jindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-avukati f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Avukati t’Għawdex iltaqgħet mal-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard fejn qajmet diversi sfidi li qed jiltaqgħu magħhom l-avukati fil-Qorti t’Għawdex.

Fi stqarrija hija elenkat numru ta’ diffikultajiet fosthom l-isfida ta’ nuqqas ta’ ħaddiema u marixxalli, akkumulazzjoni ta’ taxxi mhux maħduma u dewmien fis-sistema tan-notifiki. Barra minn hekk, l-istqarrija tkompli biex issemmi dwar il-binja eżistenti fiċ-Ċittadella li skontha mhix tal-livell għal din il-ħidma.

Tkompli biex tgħid li l-Ministru Attard irrikonoxxa dawn l-isfidi u wiegħed illi se jkun qed jindirizza dawn in-nuqqasijiet fosthom billi jara li jiżdiedu l-ħaddiema bien tissolva kemm jista’ jkun malajr il-problema tar-riżorsa umana. Il-Ministru Attard spjega wkoll li se jkun hemm xi tibdil fis-sistema ta’ kif isiru n-notifiki, u li għalissa se jkomplu jintbagħat marixxal mill-Qorti ta’ Malta f’każ ta’ bżonn.

Sport