Thursday, April 18, 2024

Liverpool jirbħu l-Community Shield

Aqra wkoll

Il-holders tal-FA Cup, Li­verpool, rebħu l-Community Shield għas-16-il darba, meta għelbu liċ-champions Manchester City bl-iskor ta’ 3-1. 

Kienet logħba tipikament Ingliża li awgurat taj­jeb għal dan l-istaġun.

Kien konfront bejn l-aqwa żewġ timijiet bir-rivalitá bejniethom qegħda dejjem tikber iżda b’mod nadif u mingħajr l-ebda malizzja jew mibgħeda … rivalitá tikpikament kalċistika.  

Liverpool fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Luis Diaz għadda lejn Thiago Alcantara li kompla lejn Moha­med Salah. Dan xeħet il-ballun lejn Trent Ale­xan­der-Arnold u minn tarf il-kaxxa dawwar il-ballun għar-rok­na tas-saqaf tax-xib­ka megħ­jun minn devjazzjoni ta’ Nathan Ake.

Ir-Reds baqgħu jippressaw bil-players ikunu kostretti li jirtiraw lura u bdew joperaw bil-kontrattakki. 

L-aktar li resaq viċin kien Riyad Mahrez, fit-32 minuta, iżda kien senjalat f’po­żizzjoni ta’ offside. 

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, is-City resqu viċin meta Rodri xe­ħet lejn Mahrez iżda minn taħt il-lasti ġie mblukkat fil-ħin mill-goalkeeper Adrian.

It-team immexxi mill- manager Pep Guardiola xe­ħet kollox fuq l-offensiva fit-tentattiv li jikseb id-draw u kellu jkun l-akkwist il-ġdid, Julian Alvarez (70) li kiseb id-draw għalkemm kien hemm il-verifika tal-VAR biex il-goal ġie konvalidat fuq pożizzjoni dubjuża ta’ offside. 

Iżda seba’ minuti mit- tmiem kien Mohamed Salah li reġa’ poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ permezz ta’ pe­nalty wara li Ruben Diaz mess il-ballun b’idu.

U fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud kien l-akkwist il-ġdid, Darwin Nunez, li ssiġilla rebħa għat-team immexxi minn Jurgen Klopp permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Fl-aħħar sekondi tal-partita Erling Halaand għamel l-impossibbli b’lasti vojta minn tarf il-kaxxa ż-żgħira u xeħet għoli biex naqas li jnaqqas il-marġni tal-iskor għal Manchester City.

Ekonomija

Sport