Saturday, December 14, 2024

“Il-missili se jitkellmu waħedhom … Glorja lill-Ukrajna”- Zelensky

Aqra wkoll

“Illum il-midja qed titkellem dwar li nirċievu permess għal azzjonijiet rispettivi . imma l-istrajkijiet ma jsirux bil-kliem. Affarijiet bħal dawn ma jitħabbrux. Il-missili se jitkellmu waħedhom żgur. Glorja lill-Ukrajna”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-President tal-Ukrajna, Volodymr Zelensky, hekk kif aktar kmieni illum, midja internazzjonali rrapurtat li l-President Amerikan Joe Biden ta l-permess lill-Ukrajna biex tuża missili li tatha biex tattakka r-Russja.

Huwa mifhum li l-missili huma intenzjonati li jivvjaġġaw fit-tul. Qed jiġi rrapurtat ukoll li din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Istati Uniti, bir-raġuni li r-Russja bdiet tuża suldati mill-Korea ta’ Fuq.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport