Monday, December 9, 2024

Grech bl-istess retorika ta’ riżenji

Aqra wkoll

Bis-solita retorika tiegħu ta’ riżenji, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ qal li l-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri għandhom jirriżenjaw minnufih.

Huwa qal ukoll li dak li qed jingħad fuq id-Deputati Nazzjonalisti huma invenzjoni u forma ta’ frame up. Dr Grech sostna dan meta lbieraħ filgħaxija kien qed jindirizza protesta li kienet organizzata mill-Partit Nazzjonalista quddiem il-bini tal-Parlament fejn għamel referenza għar-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat, illum mart il-Ministru Bartolo, fil-Ministeru għal Għawdex.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrimarka wkoll li Gvern mmexxi mill-Partit Nazzjonalista żgur ikun wieħed b’saħħtu u magħqud u li għandu qalbu fuq in-naħa t-tajba. Tenna; “Aħna ninsabu hawn għalikom u flimkien nistgħu nwettqu ħafna”.

Sadanittant, f’waqtiet mid-diskors tiegħu, Dr Grech waqaf minn dak li kien qiegħed jgħid meta l-folla preżenti bdiet iddur u tħares lejn il-Parlament u tibbuwja lid-Deputati Laburisti waqt li dawn kienu ħerġin minn din il-binja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport