Il-Moviment Graffitti sejħu għar-riżenja ta’ Bernard Grech u biex il-Partit Nazzjonalista jagħmel apoloġija wara l-kummenti li għadda fuq Andrea Prudente u fuq in-nisa inġenerali waqt li hu għaddej id-dibattitu dwar l-abort.
L-NGO qed japoġġja l-emenda mressqa mill-Gvern li f’każ li l-mara tqila tkun fil-periklu li titlef ħajjitha t-tobba jkunu jistgħu jwaqqfu t-tqala.
“Aħna nqisu li t-terminazzjoni ta’ tqala meta s-saħħa tal-mara tkun f’riskju hija dritt bażiku tan-nisa,” qalu l-Graffitti.
Il-Graffitti qalu li mhux ġust li Bernard Grech iżżufjetta bi Prudente meta qal li t-tobba kienu aktar prudenti minnha. Huma qalu li Kap tal-Oppożizzjoni li rredikola mara vunerabbli biex “jagħmel punti politiċi” ma jistħoqlux ikollu siġġu fil-Parlament.
Kien għalhekk li l-NGO talbet għar-riżenja b’mod immedjata ta’ Bernard Grech u talbet apoloġija wkoll mill-Partit Nazzjonalista.