Wednesday, March 27, 2024

L-arloġġ ta’ Papa Franġisku jinbiegħ f’irkant u jġib valur ta’ $56,250

Aqra wkoll

Arloġġ li kien jilbes il-Papa Franġisku kważi kuljum minn meta ħa t-tmexxija tal-Knisja Kattolika f’idejh, inbiegħ f’irkant għall-prezz ta’ $56,250.

Dan l-irkant kien organizzat mill-Fondazzjoni LaViolette Scholarship u l-flus kollha li jinġabru jmorru għal karità.

Il-Papa kien xtara dan l-arloġġ għal prezz ta’ $55 biss.

L-istorja bdiet meta l-Isqof David Ricken li jmexxi d-Djoċesi ta’ Green Bay f’Wisconsin kien bgħat ittra lil Papa f’Mejju li għadda fejn qallu bil-ħajja ta’ Brian LaViolette li kien kollezzjonist tal-arloġġi. Brian kien miet fl-età ta’ 15-il sena f’aċċident li kellu fil-baħar.

F’din l-ittra l-Isqof kien talab lil Papa biex jagħti donazzjoni lil Fondazzjoni l-aktar arloġġ irħis li kellu biex dan jiġi offrut f’għajnuna finanzjarja lil studenti fil-kulleġġ li kien jattendi Brian.

Il-Papa mill-ewwel qabel li jibgħat l-arloġġ li kien jilbes kuljum.

Ekonomija

Sport