Monday, April 22, 2024

Mara minn Maryland fl-Istati Uniti tinsa fejn ħbiet biljett rebbieħ

Aqra wkoll

Mara ta’ 41 sena minn Maryland fl-Istati Uniti qalet li kienet insiet fejn kienet ħbiet biljett rebbieħ. Għal xi raġuni l-mara ħbiet biljett li kienet xtrat għal $5 u bih rebħet is-somma ta’ $50,000.

Srijana Wosti – il-mara rebbieħa – qalet li kienet qalet lill-familja li kienet xtrat biljett u biex dan il-biljett ikun sigur żgur ħbietu.

Hekk kif indunat li l-biljett tagħha kien ir-rebbieħ, għamlet paniku kbir fid-dar hekk kif għal jiem sħaħ ipprovat issibu però kien kollu għal xejn.

Il-blijett instab minn membru tal-familja ta’ Wosti f’bagalja.

Il-mara qalet li l-flus li rebħet se jmorru biex tnaqqas u tħallas il-kontijiet tal-familja tagħha.

Sport