Tuesday, April 16, 2024

L-Olanda l-ewwel kwarti-finalisti b’rebħa fuq l-Istati Uniti

Aqra wkoll

Olanda………….. 3

Stati Uniti……….1

L-Olanda huma l-ewwel team li kkwalifika għall-kwarti-finali tat-Tazza tad- Dinja 2022 meta għelbu lill-Istati Uniti 3-1.

L-Olandiżi kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss għaxar minuti huma fetħu l-iskor. Minn kontrattakk veloċi, Denzel Dumfries xe­ħet cross li minnu Memphis Depay spara l-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, l-Oranje rduppjaw liema goal kien foto-kopja tal-ewwel wieħed meta l-is­tess Dumfries xeħet cross fejn Daley Blind kien fil-post it-tajjeb biex kompla l-ballun għal ġox-xibka.

Fis-76 minuta, l-Amerikani naqqsu l-marġni tal-iskor minn Haji Wright li fflikkja l-ballun għal ġewwa mill-cross ta’ Christian Pulisic.

Iżda ħames minuti wara Denzel Dumfries issiġilla r-rebħa meta Blind irre­ċi­prokalu l-goal tiegħu.

Olanda: Andries Noppert, Nathan Ake (Matthijs de Ligt 90), Virgil van Dijk, Jurrien Timber, Daley Blind, Frenkie de Jong,     Marten de Roon (Steven Bergwijn 46), Denzel Dumfries, Davy Klaassen (Teun Koopmeiners 46), Memphis Depay (Xavi Simons 82), Cody Gak­po (Wout Weghorst 92) – Coach: Louis van Gaal

Stati Uniti: Matt Turner, Antonee Robinson (Jordan Morris 91), Tim ReamWalker Zimmerman, Sergino Dest (DeAndre Yedlin 75), Tyler Adams, Yunus Musah, Weston McKennie (Haji Wright 67), Christian Pulisic, Jesus Ferreira (Giovanni Reyna 46), Timothy Weah (Brendan Aaronson 67) – Coach: Gregg Berhalter   

Referee: Wilton Sampaio (Bra­żil)

Assistenti: Bruno Boschilia, Bruno Raphael Pires (Brażil)

Ammoniti: T. Koopmeiners, F. de Jong (O)

Ekonomija

Sport