Wednesday, April 24, 2024

L-Urugwajan José Jimenez jista’ jiġi sospiż 15-il partita talli ta daqqa ta’ minkeb lil uffiċjal għoli tal-FIFA

Aqra wkoll

José Gimenez jista’ jiġi sospiż għal 15-il logħba wara li deher filmat li juri lid-difensur tal-Urugwaj jagħti daqqa ta’ minkeb minn wara fuq ras id-direttur tal-kompetizzjoni tal-FIFA wara t-tisfira finali fir-rebħa ta’ 2-0 kontra l-Ghana iżda xorta ġew eliminati bid-differenza ta’ goals fil-konfront tal-Korea t’Isfel li min-naħa tagħhom għelbu lill-Portugall 2-1.  

Hekk kif players u uffiċjali Urugwajani bdew juru l-għadab tagħhom lejn ir-referee, filmat wera li d-difensur ta’ Ateltico Madrid, Gimenez, deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil dan id-direttur. 

Dan l-attakk fuq uffiċjali għoli tal-FIFA ġie ddeplorat minn kulħadd u għaldaqstant il-Federazzjoni se tistudja sewwa dak li ġara wara l-logħba u, bla dubju, se timponi sospensjonijiet fuq players li aggredixxew lit-terna arbitrali b’tgħajjir bla waqfien … iżda Gimenez mistenni li jingħata sospensjoni twila. 

Sport