Wednesday, March 27, 2024

Lionel Messi jispira lill-Arġentina lejn il-kwarti-finali b’rebħa fuq l-Awstralja

Aqra wkoll

Arġentina………………2

Awstralja……………….1

F’partita mill-isbaħ, l-Arġentina għelbu l-isfida tal-Awstralja bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk saru t-tieni team wara l-Olanda li kisbu post fil-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja.

L-Arġentina fetħu l-iskor fil-35 minuta meta Lionel Messi b’xutt delizzjuż minn ġol-kaaxxa għeleb lill-goalkeeper Awstraljan, Matt Ryan biex skorja l-ewwel goal tiegħu għall-Arġentina f’fażi ta’ knock-out, f’partita speċjali għalih hekk kif kienet proprju l-1000 partita fil-karriea tiegħu sa issa. Bla dubju, Messi kien l-ispirazzjoni għat-team tiegħu f’din ir-rebħa.

Huma komplew jirriżultaw bħala l-aħjar team u fil-50 minuta l-istses Messi kellu xutt minn tarf il-kaxxa li ġie devjat u ġie salvat tajjeb minn Ryan.

Iżda seba’ minuti wara, huma meritatament irduppjaw l-iskor meta Ryan irċieva backpass mingħand Rowles, Rodrigo De Paul seraqlu l-ballun, fejn daħal tajjeb Julian Alvares li b’xammaa kbira għall-goal, tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Madankollu, l-Awstralja ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u ta’ dan ġew ippremjati hekk kif fis-77 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta cross ta’ Behich ġie kklerjat għal għand Craig Goodwin li kellu xutt erratiku li ġie devjat għal ġewwa minn Enzo Fernandez, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

U fis-seba’ minuta tal-ħin miżjud, huma tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs u jisfurzaw il-ħin barranin meta l-istess Goodwin kellu tentattiv mill-viċin salvat bi bravura mill-goalkeeper Arġentin, Damian Martinez, biex salva goal ċert.

Arġentina: Damian Martinez, Nahuel Molina (Gonzalo Montiel 80), Cristian Romero, Nicolas Otamenndi, Marcos Acuna (Nicols Tagliafico 71), Rodrigo De Paul, Enzo Fernandez, Alexis Mac Allister (Exequiel Palacios 80), Julian Alvarez (Lautaro Martinez 71), Lionel Messi, Alejandro Gomez (Lisandro Martinez 50) Coach: Lionel Scaloni

Awstralja: Mathew Ryan, Milos Degenek (Fran Karacic 72), Harry Souttar, Kye Rowles, Aziz Behich, Mathew Leckie (Garang Kuol 72), Keanu Baccus (Ajdin Hrustic 58), Aaron Mooy, Rile McGree (Craig Goodwin 58), Mitchell Duke (Jamie Maclaren 72), Jackson Irvine Coach: Graham Arnold

Referee: Szymon Marciniak

Ammoniti: M. Degenek, J. Irvine (Awstralja)

Ekonomija

Sport