Monday, April 22, 2024

Marsaxlokk iżommu lil Floriana fi draw b’disa’ players

Aqra wkoll

Floriana……………1

Marsaxlokk………1

Marsaxlokk irnexxielhom iżommu lil Floriana fi draw ta’ 1-1, u dan għalkemm lagħbu għal kważi nofsiegħa sħiħa b’disa’ players.

Kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni periklouża li ħolqu fit-13-il minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner KRISTIAN KEQI kien fil-post tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa, biex irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tieghu.

Floriana wieġbu fid-49 minuta permezz ta’ corner dirett ta’ Jose Ulises Arias li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Serb ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u meritatament ġabu l-iskor indaqs fis-56 minuta meta Lorenzo Trillo għadda tajjeb lejn iż-żagħżugħ MATTIA VESELJI li permezz ta’ xutt dijagonali minn ġol-kaxxa, tefa’ ġewwa, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel intemm ġewwa.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Greens u fid-59 minuta rebħu penalty meta Oscar Carniello waqqa’ lil Mattia Veselji fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-ispeċjalista Oualid El Hasni li kellu l-konklużjoni fraġli tiegħu fil-baxx tiġi salvata minn mal-art mingħajr wisq diffikultá minn Drobnjak. Ta’ nota huwa l-fatt li wara l-foul li wettaq li wassal għal dan il-penalty, Carniello, ntwera t-tieni karta safra fil-partita u safa mkeċċi mir-referee Matthew De Gabriele.

U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għax-Xlukkajri, fis-66 minuta huma spiċċaw jilagħbu b’disa’ players meta din id-darba tkeċċa għalihom il-player Juan Cruz Aguillar, wara li rċieva t-tieni karta safra tiegħu, bit-tieni waħda tiegħu jirċeviha wara foul li wettaq f’nofs il-ground. 

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 4-Oaulid El Hasni, 7-Mattia Veselji (8-Kemar Reid 70), 9-Andrei Ciolacu, 10-Jose Ulises Arias, 16-Fernando Ezeequiel Juaraez, 17-Owen Spiteri (11-James Scicluna 84), 25-Lorenzo Trillo (2-Adam Magri Overend 70), 28-Emiliano Calligari, 30-Jan Busuttil (22-Kyrian Nwoko 84), 77-Aleandaro Garzia (5-Zachary Cassar 70) Coach: Gianluca Atzori

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard (5-Christopher Edafe Uzeh 27), 9-Kristian Keqi, 19-Emerson Vella, 21-Santiago Adrian Ferraris, 22-Dale Mifsud (77-Wellington Valentim Sousa 67), 24-Juan Cruz Aguillar, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 99-Tiago Adan Fonseca (98-Ryan Tonna 67) Coach: Pablo Doffo

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referess: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: K. Keqi 13 (M), M. Veselji 56 (F)

Tkeċċew: O. Carniello 59, J. Cruz Aguillar 66 (M)  

Ammoniti: O. El Hasni, A. Garzia, Z. Cassar (F), J. Cruz Aguillar, K. Keqi, O. Carniello, T. Adan Fonseca (M)

Player tal-Logħba: Marko Drobnjak (M)

Sport