Sunday, December 22, 2024

“Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni turi li qiegħda tipprova tikkapitalizza minn fuq mewt”

Il-PM isostni li r-rapport tal-inkjesta mkien ma jsemmi lill-Ministri li qed tattakka l-Oppożizzjoni

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela beda d-diskors tiegħu fil-mozzjoni ppreżentata mill-Partit Nazzjonalista billi awgura fejqan ta’ malajr lil omm Jean Paul Sofia.

Il-Prim Ministru qal li hu ta l-kelma tiegħu lil Bonnici li se jkun qiegħed jieħu l-azzjonijiet biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet u se jkun qiegħed iżomm din il-kelma.

Dr Abela qal li jitkellem b’mod emottiv għax dak huwa t-ton li jeħtieġ li jintuża f’dawn it-temi u mhux bil-partiġġjaniżmu tal-Oppożizzjoni.

“Il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin iridu jkunu riflessivi proprju ta’ din il-ħidma li wettaqna fl-implimentazzjoni ta’ din l-inkjesta u fix-xhur ta’ qabel bir-riformi li diġà konna bdejna f’dan is-settur”, kompla l-Prim Ministru filwaqt li qal li din il-mozzjoni preżentata mill-Oppożizzjoni turi li din qiegħda tipprova tikkapitalizza minn fuq mewt.

Saħaq li l-foka tal-Oppożizzjoni hija fuq lil min trid tattakka u lil min trid twarrab biex tara lil min trid telimina.

Kompla biex jgħid li l-inkjesta tgħid li se tidentifika min għandu jerfa’ r-responsabbiltà imma l-inkjesta mkien ma ssemmi lit-tliet Ministri li qiegħda titlob ir-riżenja tagħhom l-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru qal li għalkemm kien hemm tentattiv mill-istess Oppożizzjoni biex twaqqa’ l-bord li mexxa r-rapport tal-inkjesta f’nasba, sodisfatt li l-istess bord għandu awtorità morali ħafna għax ir-rapport ma daħal imkien fejn provat tmur l-Oppożizzjoni.

Ekonomija

Sport