Friday, July 26, 2024

Ortega se jieħu post l-imweġġa’ Ederson bejn il-lasti ta’ Man City

Aqra wkoll

Hekk kif il-goalkeeper ta’ Manchester City Ederson se jkun qed idum madwar erba’ ġimgħat barra mil-logħob minħabba injury li sofra fil-logħba kontra Liverpool, issa se jkun Stefan Ortega li se jiddefendi l-lasti tat-tim. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża li dejjem kien il-goalkeeper ta’ riserva taċ-champions Ingliżi għal dawn l-aħħar sentejn. Hu lagħab biss sitt logħbiet f’dawn l-aħħar żewġ staġuni għalkemm issa ġieh iċ-ċans li juri x’jaf matul dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin.

Sadanittant id-diriġenti ta’ Manchester City lesti li jġeddulu l-kuntratt tiegħu sabiex jibqa’ magħhom għal iktar snin.

Ekonomija

Sport