Thursday, August 6, 2026
Home Sport Al Hilal b’rekord mondjali ġdid

Al Hilal b’rekord mondjali ġdid

0
181
Soccer Football - Asian Champions League - Quarter Final - Second Leg - Al Ittihad v Al Hilal - King Abdullah Sports City, Jeddah, Saudi Arabia - March 12, 2024 Al Hilal's Yasser Al-Shahrani celebrates scoring their first goal with teammates REUTERS/Stringer

Wara li Al Hilal rebħu lil Al Ittihad bl-iskor ta’ 2-0, huma kisbu rekord ġdid mondjali, dak ta’ 28 rebħa konsekuttiva. Din kienet lejla storika għal dan it-tim mill-Arabja Sawdija li wasal sas-semifinali tat-tazza Ażjatika.

Il-kowċ Jorge Jesus faħħar l-attitudni tal-plejers tiegħu li baqgħu konsistenti tul dan l-istaġun.

Sadanittant Al Hilal għaddew lit-tim minn Wales New Saints li fl-istaġun 2016/17 kienu kisbu 27 rebħa konsekuttiva. Warajhom hemm Real Madrid bi 23 rebħa u Bayern Munich bi 23 rebħa wara l-oħra.