Wednesday, July 24, 2024

Celta Vigo jaħtru lil Claudio Giraldez bħala kowċ

Aqra wkoll

Celta Vigo ħabbru li ħatru lil Claudio Giraldez bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom sabiex jieħu post Rafael Benitez li tneħħa mill-kariga t-Tnejn filgħodu.

Celta Vigo ġejjin minn telfa kerha ta’ 4-0 kontra Real Madrid fil-La Liga Spanjola u dan kollu ma tantx għoġob lill-ogħla diriġenti ta’ Celta Vigo.

Giraldez għad għandu biss 36 sena u wara karriera ta’ plejer ma’ Real Madrid, Atletico Madrid u Corruense, daħal fl-istaff tekniku ta’ Celta Vigo u eventwalment wara perjodu jservi ta’ assistent kowċ, issa se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ kowċ ewlieni.

Ekonomija

Sport