Friday, August 7, 2026
Home Sport Newcastle juru fiduċja f’Eddie Howe

Newcastle juru fiduċja f’Eddie Howe

0
191

Newcastle United ħabbru li l-kowċ tagħhom Eddie Howe se jibqa’ jmexxi lit-tim anke fl-istaġun li ġej. Howe, li għandu 46 sena, ilu jmexxi lill-Magpies sa mis-sena 2021 u s’issa kien fuq il-bank tat-tim għal 114-il partita fejn minnhom rebaħ 54 logħba, ġie draw 28 partita u tilef biss 32 partita.

Id-diriġenti ta’ Newcastle fissru kemm huma kuntenti bit-tmexxija ta’ Howe tant li ġeddu l-fiduċja fih.