Wednesday, July 24, 2024

RB Leipzig iridu jżommu lil Xavi Simons

Aqra wkoll

RB Leipzig se jippruvaw iżommu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Olandiż, Xavi Simons, magħhom anke għall-istaġun li ġej. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u hu kkunsidrat bħala plejer ferm versatili fejn apparti li jilgħab bħala midfielder, kapaċi jieħu wkoll rwol ta’ winger man-naħa leminija tal-grawnd.

Simons hu plejer proprjeta’ ta’ Paris St Germain iżda s’issa qatt ma rnexxielu jilgħab magħhom.

B’kuntrarju fil-perjodu ta’ self li għandu ma’ Leipzig hu deher 23 darba u skorja sitt gowls.

Ekonomija

Sport