Friday, November 15, 2024

Il-MPE Josianne Cutajar tikkritika l-użu ta’ Malta biex tiġi devjata l-attenzjoni mill-Greċja

Aqra wkoll

Fl-intervent tagħha fid-dibattitu dwar l-istat tas-saltna tad-dritt li seħħ fil-plenarja fi Brussell, il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar qalet li tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Popolari Ewropew għal darboħra imbuttaw għal dibattitu ieħor, u riżoluzzjoni oħra, fuq Malta fil-Parlament Ewropew għal skopijiet partiġġjani.

Dan sar b’mod evidenti hekk kif lejliet id-dibattitu, l-ewwel saħqu li m’għandniex nagħmlu dibattiti fuq pajjiżi partikolari, għax ma riedux li jsir dibattitu fuq il-Greċja, imma kif dan id-dibattitu ġie konfermat, biddlu n-narrattiva, u raw kif daħħlu dibattitu fuq Malta biex jiskurjaw punti politiċi.

Hi saħqet li mhuwiex xieraq li tiġi introdotta diskussjoni dwar Stat Membru biex titbiegħed l-attenzjoni minn fuq Stat Membru ieħor. Qalet ukoll li filwaqt li dejjem jibqa’ aktar ħidma xi ssir f’dan il-qasam, mhux biss f’Malta imma f’kull pajjiż ieħor, l-avvanzi li saru ma jistgħux jiġu injorati u riżoluzzjoni oħra fuq pajjiżna ma tista’ qatt tkun ġusta jekk isseħħ b’mod partiġġjan u imparzjali.

Josianne Cutajar tenniet li minflok titkellem dwar dak li temmen fih hi, bħala Maltija kburija, se terġa’ tirreferi għal dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea dwar pajjiżna; l-istess Kummissjoni, illum, għal darboħra irrikonoxxiet l-avvanzi u r-riformi pożittivi li wettaq Gvern Laburista f’dawn l-aħħar tliet snin, inkluż biex tissaħħaħ l-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport