Sunday, November 24, 2024

“Il-Mulej iridni nkompli naħdem … grazzi lil dawk li għenuni f’dak il-mument ikrah u se nitlob għalikom”

Jikteb ir-raġel involut fl-inċident fil-limiti tar-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ħbieb, il-Mulej iridni nkompli naħdem għall-ġid ta’ ħaddieħor. Ilbieraħ kelli inċident kbir fejn tlift l-kontroll tal-karozza u bqajt dieħel ġo siġra. Għall-grazzja t’Alla m’għandi xejn gravi ħlief xi ftit tbenġil bis-seat belt”. Ikkonferma dan Stephen Bonello, ir-raġel li lbieraħ filgħaxija kellu jinħareġ bil-għajnuna tal-membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni wara li l-karozza li kien qiegħed isuq ġarrbet ħsarat estensivi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m fil-limiti tar-Rabat u minnufih issejjaħ fuq il-post tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Dawn taw l-ewwel assistenza bl-aħjar mod sakemm waslu l-pumpiera li għenuhom joħorġu lil Bonello minħabba sitwazzjoni delikata li kien jinsab fiha fejn kull ċaqliqa setgħet taffettwa s-saħħa tiegħu.

Infatti l-operazzjoni ħadet madwar nofs siegħa sakemm Bonello seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar testijiet li fortunatament jidher li rriżultaw li ma kellu xejn gravi.

“Grazzi lil dawk kollha li għenuni f’dak il-mument ikrah… nitlob għalikom”, temm jikteb Bonello.

Sport