Saturday, May 4, 2024

“Il-Pajjiż għandu biżżejjed nies li kapaċi jokkupaw l-ogħla karigi f’Malta”

Il-President ta' Malta Dr George Vella waqt id-diskors tiegħu f'Jum ir-Repubblika

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta George Vella waqt li kien qiegħed jindirizza ċ-ċerimonja tal-għoti ta’ Ġieħ ir-Repubblika qal li l-pajjiż għandu biżżejjed nies li kapċai jokkupaw l-ogħola karigi f’Malta.

Hu għamel appell lil poplu kollu biex f’ġieħ l-interess nazzjonali, il-pajjiż għandu bżonn li jneħħi l-piki u l-irjus iebsa ħalli b’hekk ikun jista’ jintlaħaq qbil dwar persuna li tkun tmexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali.

Irrefera wkoll għat-tibdil Kostituzzjonali li sar fosthom f’diversi ħatriet bħal Kummissarju tal-Pulizija u anke l-kariga li jokkupa hu stess dik ta’ President. Sostna li f’demokrazija kulħadd għandu jkun lest għall-iskrutinju pubbliku. Iżda fl-istess waqt wissa kontra żebliħ u allegazzjonijiet li jsiru bl-addoċċ fuq persuni pubbliċi.

Il-President Vella tkellem ukoll dwar iż-żgħażagħ fejn ħeġġiġhom jimirħu fl-istudji tagħha u jibqgħu mexjin ‘il quddiem biex jilħqu l-ħolm tagħhom. Hu wera t-tħassib tiegħu li bħala pajjiż ħafna żgħażagħ ta’ talent qegħdin jitgerxu u dan minħabba l-mod li sejjaħ partiġġjan estrem li bih immexxu l-politika.

Tkellem ukoll dwar il-korruzzjoni u qal li din qed therri s-sinsla tad-demokrazzija filwaqt li aktar żgħażagħ jitbegħdu mill-politika.

Fid-diskors tiegħu rrefera wkoll għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u sostna li mill-aktar fiss jingħalaq dan il-kapitlu ġudizzjarju biex b’hekk il-persuni kollha responsabbli jħasslu ta’ għemilhom.

Irrefera wkoll għall-istudenti fejn qal li issa la studenti ta’ 16-il sena jistgħu jivvotaw, il-politika għandha tiġi mgħallma fl-iskejjel.

Dr Vella tkellem dwar l-isfidi soċjali li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fosthom il-prezzijiet dejjem jogħlew tal-proprjetà u l-instabbilità fir-relazzjonijiet bejn il-koppji.

Sport