Wednesday, July 24, 2024

Rekord ta’ movimenti ta’ kontejners fuq vapur twil 400 metru

Aqra wkoll

Il-Malta Freeport Terminal ħabbret rekord ta’ 4,600 moviment ta’ kontejners tal-għoxrin pied fuq il-vapur Palais Royal.

Il-vapur tal-merkanzija huwa twil 400 metru u b’kollox kapaċi jġorr 23,000 kontejner tal-għoxrin pied. Il-Palais Royal daħal fil-Port Ħieles fis-6 ta’ Diċembru u bħalissa jinsab fi triqtu lejn Marsilja.

Alex Montebello, il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Freeport wera s-sodisfazzjoni tiegħu dan għan ir-rekord tant importanti u faħħar lill-kollegi tiegħu għax-xogħol kbir li jwettqu. Hu qal li wara dan ir-rekord hemm ammont kbir ta’ ppjanar u determinazzjoni.

Il-Malta Freeport Terminals investa iktar minn €320 miljun f’infrastruttura, apparat u teknoloġija ġdida.

Ekonomija

Sport