Tuesday, November 10, 2026
Home Sport WTA Finals: Bidu pożittiv għall-Belarussa  Aryna Sabalenka 

WTA Finals: Bidu pożittiv għall-Belarussa  Aryna Sabalenka 

0
30

Aryna Sabalenka bdiet il-WTA Finals b’rebħa fuq Karolina Muchova f’żewġ sets, 7-6 (2), 7-5, f’konfront li dam siegħa u 53 minuta f’Indian Wells. 

Il-player Belarussa kellha titħabat sew biex tegħleb lir-rivali Ċeka, li darbtejn kisbet break-point fl-ewwel set, iżda Sabalenka rreaġixxiet u rebħet it-tie-break 7-2. 

Fit-tieni set, Sabalenka marret 5-3 minn fuq, iżda Muchova għamlet l-iskor indaqs 5-5. 

Madankollu, Sabalenka għalqet il-logħba bi break deċiżiv. Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva tagħha fl-ewwel logħba tal-WTA Finals. 

Hija qed tfittex l-ewwel titlu tagħha f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża wara li tilfet żewġ finali fl-2022 u f-2025.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here