Tuesday, November 10, 2026
Home Sport WTA Finals: Rebħa faċli għal Mirra Andreeva fuq Elina Svitolina

WTA Finals: Rebħa faċli għal Mirra Andreeva fuq Elina Svitolina

0
30

Mirra Andreeva bdiet l-impenji tagħha fil-WTA Finals b’rebħa konvinċenti fuq Elina Svitolina, meta għelbitha 6-4, 6-0 f’Indian Wells. 

Ir-Russa ta’ 19-il sena ħadet biss 70 minuta biex għelbet lill-player Ukrena u kisbet l-ewwel rebħa tagħha f’dan it-tournament prestiġjuż. 

L-ewwel set kien wieħed bilanċjat, iżda Andreeva rnexxielha tikseb break importanti u rebħitu 6-4. 

Fit-tieni set hija ddominat kompletament, rebħet seba’ logħbiet konsekuttivi u ma ħallitx lil Svitolina tidħol fil-logħba. 

B’din ir-rebħa, Andreeva ngħaqdet ma’ Aryna Sabalenka fil-quċċata ta’ Grupp 2 u kompliet tissaħħaħ it-tama tagħha li tasal sas-semifinali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here