Tuesday, December 24, 2024

“Il-pajjiż jinsab mifqugħ b’din ir-razza u s-santwarji mhumiex ilaħħqu magħhom”

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, Moira Delia ħalliet post fuq il-midja soċjali fejn talbet lil dawk il-‘breaders’ li jgħammru l-American bullies/Amstaff jew klieb ta’ razza simili biex ikunu responsabbli u ma jkomplux jgħammru meta s-santwarji jinsabu mimlija bi klieb ta’ din ir-razza tant li lanqas fadal post għal aktar klieb.

Hija kitbet li “Il-pajjiż jinsab mifqugħ b’din ir-razza u s-santwarji mhumiex ilaħħqu magħhom, m’hemmx mod kif tnissel b’mod responsabbli għax kull boton huwa boton żejjed!”

Hija kompliet tgħid li saħansitra hemm ukoll ġriewi li qed ifittxu dar u mhux klieb kbar biss. Qalet ukoll li l-breed m’għadhiex tiswa flus għax kelb pur iġġibu b’xejn faċilment.

“Jekk jimpurtakom tikka fejn jispiċċaw il-ġriewi tagħkom, tieqfu tgħammru immedjament” Saħqet Moira Delia.

Hija għamlet appell lil dawk kollha li huma interessati li jixtru klieb ta’ din ir-razza partikolari biex jekk huma verament lesti għal kelb għandhom jadottaw minflok jixtru.

“Għala ser tħallas meta jista’ jkollok wieħed pur u b’xejn?! Jekk int lest għal kelb mimli enerġija, lest għall-ispejjeż, u lest għal membru ieħor fil-familja, adotta minflok!” Għalqet il-post tagħha Moira Delia.

Ekonomija

Sport