Friday, May 3, 2024

Il-palk li se jintuża waqt Mużika Mużika

Aqra wkoll

Il-kantanta żagħżugħa Gaia Cauchi, ftit tal-ħin ilu xerrdet numru ta’ ritratti fuq il-midja soċjali, fejn wieħed seta’ japprezza d-dehra tal-palk li se jkun qed jintuża waqt Mużika Mużika 2022 – Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Gaia ddeskriviet ix-xena tal-palk bħala waħda “spettakolari” u stqarret li tinsab ħerqana sabiex fil-jiem li ġejjin hija twassal il-prestazzjoni tagħha minn fuq “dan il-palk mill-isbaħ”.

Mużika Mużika se jkun qed jittella’ iktar tard matul din il-ġimgħa fil-21, it-22 u t-23 ta’ April, fl-MFCC Malta Fairs and Conventions Centre. Dan il-festival huwa organizzat minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Malta Philharmonic Orchestra  u tal-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. 

Sport