Il-Vatikan ħareġ jiċċara rigward l-aħħar spekulazzjonijiet rigward is-saħħa tal-Papa Franġisku wara rapporti li huwa kellu jiddaħħal l-isptar.
F’komunikazzjoni mibgħuta fl-aħħar sigħat lill-ġurnalisti, id-direttur tal-Uffiċċju tas-Santa Sede għall-istampa Matteo Bruni kkonferma li l-Papa kien mar fl-isptar Gemelli f’Ruma għal xi testijiet skedati minn qabel.
Barra minn hekk, l-Erbgħa filgħodu l-Papa Franġisku ppresieda l-Udjenza Ġenerali fi Pjazza San Pietru skont il-kalendarju tiegħu.