Thursday, October 3, 2024

Il-moħħ wara “l-Papa bil-ġakketta” jisħaq dwar bżonn ta’ liġijiet li jirregolaw l-AI

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ispekulazzjonijiet ġodda dwar saħħet il-Papa ħabtu biss ftit jiem wara li diversi ritratti maħdumin bl-intelliġenza artifiċjali (AI) ħallew bosta jistaqsu jekk il-Papa kienx fost l-oħrajn sar jidiletta b’ilbies modern.

Wara li r-ritratti tiegħu bdew jinxterdu mal-midja b’rittmu inkontrollabbli, il-persuna li għamlet l-ewwel ritratt bl-AI tkellmet fil-midja. Ir-raġel li jaħdem fis-settur tal-kostruzzjoni, li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà ma ġietx żvelata l-identità tiegħu ammetta li kienet pjuttost tal-biża’ li jara r-ritratt jinxtered daqshekk malajr u wħud saħansitra jaħsbu li r-ritratt kien reali.

Huwa sostna li filwaqt li qatt qabel ma kien ikkunsidra l-impatt ta’ ritratti maħluqin bl-AI, dan is-suġġett se jwassal għal sitwazzjonijiet serji jekk ma jkunux implimentati liġijiet li jirregolaw is-settur.

Il-Papa jappella għall-etika u r-responsabbiltà

Min-naħa tiegħu l-Papa Franġisku rrikonoxxa l-bżonn tal-avvanz f’dan is-settur iżda saħaq dwar il-bżonn tal-impenn minn dawk li qegħdin jgħinu fl-iżvilupp tat-teknoloġija biex dawk li jagħmlu użu minnha jagħmlu dan b’etika u b’responsabbiltà.

Sport