Thursday, March 14, 2024

Il-Papa daħal l-Isptar għal testijiet skedati u mhux b’emerġenza

Il-Vatikan jikkjarifika dwar rapporti

Aqra wkoll

Il-Vatikan ħareġ jiċċara rigward l-aħħar spekulazzjonijiet rigward is-saħħa tal-Papa Franġisku wara rapporti li huwa kellu jiddaħħal l-isptar.

F’komunikazzjoni mibgħuta fl-aħħar sigħat lill-ġurnalisti, id-direttur tal-Uffiċċju tas-Santa Sede għall-istampa Matteo Bruni kkonferma li l-Papa kien mar fl-isptar Gemelli f’Ruma għal xi testijiet skedati minn qabel.

Barra minn hekk, l-Erbgħa filgħodu l-Papa Franġisku ppresieda l-Udjenza Ġenerali fi Pjazza San Pietru skont il-kalendarju tiegħu.

Ekonomija

Sport