Thursday, March 28, 2024

Il-Parlament Ewropew jopponi l-proġett tas-Super League

Aqra wkoll

Juventus, Real Madrid u Barcelona għadhom impenjati lejn is-Super League Ewropew, iżda nhar it-Tlieta l-Parlament Ewropew appoġġja lill-UEFA billi addotta riżoluzzjoni biex ma jħallix il-proġett jimxi ‘l quddiem.

Oriġinarjament tħabbar f’April u waqa’ fi żmien 48 siegħa, il-clubs kollha ħlief tlieta ħarġu mill-impenn tagħhom u ffirmaw il-burokrazija li wegħdu li ma jitilqux mill-UEFA.

Issa, il-Parlament Ewropew addotta ri­żoluzzjoni komprensiva dwar il-Politika tal-Isport tal-Unjoni Ewropea u “sejjaħ għal azzjoni biex jipproteġi l-isport Ewropew mit-theddida ta’ kompetizzjonijiet separati bħat-tentattiv tas-Super League Ewropew.”

Ir-riżoluzzjoni ġiet mgħoddija mill- maġġoranza tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea u l-UEFA ħarġet id-dikjarazzjoni tagħha stess fejn laqgħet ir-riżoluzzjoni bħala “pass importanti ‘l quddiem fl-iżvilupp tal-mudell Ewropew tal-isport ibbażat fuq valuri, solidarjetà u mertu sportiv.”

Inter u Milan kienu wkoll oriġinarjament involuti fis-Super League, iżda ħarġu fi żmien 48 siegħa wara reazzjoni ħażina mill-partitarji, il-midja, il-coaches u l-players.

Il-Parlament Ewropew oppona wkoll il-proposta mmexxija ‘l quddiem mill-FIFA li t-Tazza tad-Dinja tintlgħab kull sentejn minflok erbgħa.

“Il-messaġġ tal-Parlament Ewropew f’isem iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huwa ċar: l-Ewropa u l-Ewropej jopponu b’mod fundamentali proġetti separati bħas-Super League Ewropew fallut li jheddu l-valuri tal-isport Ewropew,” qal il-president tal-UEFA, Aleksandar Ceferin.

“Il-football Ewropew mhuwiex suq maħ­sub biex iservi biss l-interessi tal-elite u l-gwadann finanzjarju – huwa storja ta’ suċċess Ewropew li sservi lis-soċjetà kollha. Se nkomplu naħdmu mal-Unjoni Ewropea biex insaħħu u nipproteġu l-mudell sportiv Ewropew fil-football Ewropew.”

Ekonomija

Sport