Il-Partit Laburista Ingliż jirbaħ l-elezzjoni ta’ Holborn u St Pancras

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista Ingliż egħleb lill-mexxej tal-Partit tal-Ħodor Zack Polanski, biex rebaħ l-elezzjoni każwali f’Holborn u St Pancras. Il-Partit tal-Ħodor spiċċa fit-tieni post minkejja li żied l-appoġġ lejħ. 

Minkejja t-telfa tiegħu, Zack Polanski stqarr li se jibqa’ jmexxi lill-Partit tal-Ħodor u li l-partit tiegħu se jirrappreżenta “theddida elettorali serja f’dawn il-kostitwenzi aktar minn qatt qabel.”

Iżda l-mistoqsijiet diffiċli mhux se jisparixxu, għall-partit tal-ħodor hekk kif Polanski qed jiffaċċja kritika dwar il-mozzjoni tal-partit tiegħu li tiddikjara ż-Żjoniżmu bħala forma ta’ razziżmu. 

Waqt intervista ma’ BBC Breakfast, Polanski qal li ma kienx ivvota favur il-mozzjoni – li ġiet approvata mill-membri tal-Partit tal-Ħodor fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet – fil-forma attwali tagħha. Tant huwa hekk li stqarr li kien ippropona emendi iżda dawn ġew miċħuda.

Intant, il-problema tal-persuni bla dar u l-għoli tal-ħajja huma kwistjonijiet ewlenin fiż-żona ta’ Holborn u St. Pancras. Dawn huma temi ewlenin li fuqhom qalet li qed tiffoka Sagal Abdi-Wali, id-Deputat Parlamentari Laburista l-ġdida ta’ St Pancras u Holborn.

Hija saħansitra diġà bdiet diskussjonijiet mal-Prim Ministru Andy Burnham dwar il-pjanijiet tagħha biex tindirizza l-problema tal-persuni bla dar fil-lokalità.

Madankollu, ħafna nies qalu li huma jħossuhom maqtugħin mill-politika lokali u li qatt ma tittieħed azzjoni konkreta. Fil-fatt, żagħżugħ ta’ 23 sena, li jaħdem f’ħanut tal-kafè qal li l-prezzijiet tal-kera u l-għoli tal-ħajja huma għoljin wisq u li l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ ma jifilħux iħallsu għal dar stabbli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport