Jonqsu l-kuntratti u l-konvenji għax-xahar ta’ Settembru 

Aqra wkoll

FʼSettembru 2026, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetà residenzjali ammonta għal 974, li juri tnaqqis taʼ 126 kuntratt meta mqabbel maʼ dawk li kienu rreġistrati sena qabel. Fl-istess xahar, kienu rreġistrati 959 konvenju, li juru tnaqqis taʼ 102 konvenji meta mqabblin maʼ dawk tas-sena li għaddiet. 

Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-NSO, fejn irriżulta li FʼSettembru 2026, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 974, li juri tnaqqis ta’ 11.5 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼSettembru 2025 (Tabella nru 1a). Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq it-€306.6 miljuni, tnaqqis taʼ 10.8 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fʼSettembru 2025. 

It-tranżazzjonijiet taʼ proprjetajiet residenzjali li jidhru fʼdin l-istqarrija mhumiex limitati għal xiri minn individwi (households), iżda jistgħu jinvolvu wkoll aġenti ekonomiċi oħra. Barra minn hekk, kuntratt taʼ bejgħ jew konvenju wieħed jista’ jkun qiegħed jinkludi aktar minn proprjetà waħda.

Fix-xahar taʼ riferenza, 881 (jew 90.5 fil-mija) tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi, filwaqt li kważi l-kuntratti kollha li kien fadal kienu jinvolvu kumpaniji. Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu individwi kien jammonta għal €259.8 miljun, li huwa ekwivalenti għal 84.7 fil-mija tal-valur kollu 

Kuntratti taʼ bejgħ bil-lokalità

L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (85), Birkirkara (63) u Ħaż-Żabbar (39) (Tabella nru 3).

Proprjetajiet trasferiti fil-kuntratti taʼ bejgħ

Fix-xahar taʼ riferenza, kienu trasferiti 1,095 proprjetà fil-kuntratti taʼ bejgħ (Tabella nru 4). L-Appartamenti (405) u l-Garaxxijiet (259) irreġistraw l-akbar sehem mit-total, bʼ37.0 fil-mija u bi 23.7 fil-mija, rispettivament.

Konvenji

FʼSettembru 2026, kienu rreġistrati 959 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fi tnaqqis taʼ 9.6 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-konvenji laħaq it-€395.8 miljun, żieda taʼ 5.5 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fʼSettembru 2025. L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 823 (jew 85.8 fil-mija), filwaqt li kważi l-konvenji kollha li kien fadal kienu jinvolvu kumpaniji. 

Konvenji bil-lokalità

L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (81), Birkirkara (44) u Ħaż-Żabbar (42).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport