Friday, April 24, 2026

Il-Partit Laburista jilqa’ l-pjan Nazzjonali Integrat tat-Trasport li se jwassal lil pajjiżna fil-livell li jmiss

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjan ‘Malta in Motion’, pjan ħolistiku ppreżentat mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett li se jagħti lin-nies aktar għażliet effiċjenti kif jivjaġġaw minn post għall-ieħor filwaqt li tissaħħaħ il-konnettivita’ bejn komunitajiet ewlenin, żoni ta’ impjiegi u servizzi. 

Pjan li jibni fuq  – u li jkompli jtejjeb – dak li kien tħabbar iktar kmieni. 

Pjan li ħa ż-żmien li kellu bżonn biex jiġi definit u li hu wieħed li jista jitwettaq.

‘Malta in Motion’, li inħadem minn Transport Malta mad-ditta internazzjonali ARUP  jiġbor fih 6 elementi ewlenin li se jiġu inkorporati flimkien. Dawn huma Tallinja, Tallinja bil-baħar, il-karozzi u t-toroq, il-mixi u r-roti u sistema ta’ Rapid Transit jew Light Rail. 

Dan ifisser li mod wieħed ta’ trasport se jkun magħqud mal-ieħor bħala katina u li twassal għal trasport tal-massa li jagħmel sens għar-realtajiet tal-lum u ta’ għada. 

Il-ħsieb strateġiku ta’ Malta in Motion huwa msejjes fuq ħames pilastri li jagħtu prijorita’ lin-nies, spazji u opportunitajiet ekonomiċi: 

•         L-għażla ta’ kif persuna tivvjaġġa 

•         Kif tgħix aħjar b’sistema effiċjenti ta’ trasport

•         Trasport li jirrispetta l-eżiġenzi ta’ kulħadd 

•         Sistema integrata u konnessa fejn is-servizz ikun sinkronizzat 

•         Pjan robust li jassigura s-soluzzjonijiet mhux biss għal-lum imma anke għall-futur.

Dan il-pjan fuq medda ta’ snin se jwassalna għall-għanijiet varji:  li jkollna pajjiż aktar organizzat, trasport li jiflaħ għall-bżonnijiet tal-futur, aktar inklussiv, sigur u fuq kollox effiċjenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport