Friday, December 20, 2024

“Il-Partit Laburista jirrispetta lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin” – Dr Ramona Attard

Aqra wkoll

Laqgħa bejn il-Partit Laburista u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK)

Il-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard saħqet kif il-Partit Laburista jifhem lill-kaċċaturi u lin-nassaba u ser ikompli jkollu pożizzjoni ċara u onesta dwar dawn it-temi. Dan huwa rifless fil-ħidma li saret sa issa, kif ukoll fil-proposti tal-Partit Laburista għal dan is-settur.

“Filwaqt li ħaddieħor żied xi proposti dwar il-kaċċa u l-insib f’attentat ta’ damage control u f’verżjonijiet varji tal-manifest elettorali, il-proposti tal-Partit Laburista tfasslu wara li saru d-diskussjonijiet meħtieġa. Dawn id-diskussjonijiet ilhom għaddejin u baqgħu jsiru għax il-Partit Laburista  jirrispetta lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin,” qalet il-President tal-Partit Laburista.

Waqt il-laqgħa, li għaliha attendew il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, il-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri, il-kandidata Laburista Alicia Bugeja Said u  rappreżentanti tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), saret diskussjoni fuq numru ta’ inizjattivi li jkunu jistgħu jiġu implimentati jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja tal-elettorat.

Dawn l-inizjattivi huma msejsa fuq ir-rispett lejn il-prattika ta’ eluf ta’ dilettanti tal-kaċċa u l-insib, b’rispett sħiħ lejn l-ambjent naturali u l-ħarsien tal-liġijiet Maltin u Ewropej.

Ekonomija

Sport