Tuesday, May 12, 2026

Il-Partit Laburista se jkompli jtejjeb il-ħajja tal-pensjonanti

Aqra wkoll

Jekk fit-30 ta’ Mejju jingħata l-fiduċja, il-Partit Laburista mill-gvern se jkompli jinvesti fil-pensjonanti kollha. Kien dan il-messaġġ li wasslet delegazzjoni tal-Partit Laburista meta żaret iċ-ċentru tal-anzjanità attiva f’Ħal Qormi fejn iltaqgħet ma’ anzjani li jipparteċipaw f’dan iċ-ċentru li hu parti minn kullana ta’ inizjattivi li jippromowovu l-anzjanità attiva.

Din id-delegazzjoni kienet magħmula mill-President tal-Partit Laburista, Alex Sciberras, mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, u l-kandidata Shana Woods.

Il-President tal-Partit Laburista, Alex Sciberras, spjega kif fost numru ta’ miżuri li se jkun hemm fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, jekk il-Partit Laburista jerġa’ jingħata l-fiduċja, il-pensjonanti se jieħdu żieda ta’ €50 fil-ġimgħa fil-leġiżlatura li jmiss.

Dan bil-għan li l-pensjonanti jibqgħu jtejbu l-qagħda finanzjarja tagħhom. Dan flimkien ma’ għadd ta’ inizjattivi oħra li se jkomplu jtejbu l-qagħda tal-pensjonanti. “Fuq kollox il-pensjonanti jafu li l-Partit Laburista dejjem żamm kelmtu magħhom u hekk se jibqa’ jiġri fi żmien li ġej. Il-Partit Laburista hu l-uniku parti bil-kredibbiltà li jkompli jtejjeb il-qagħda tal-anzjani. Tant li grazzi għall-miżuri li ħa Partit Laburista illum il-pensjoni minima hija ekwivalenti għall-pensjoni massima taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.

“Mal-pensjonanti għandna track record ċar. Magħna l-pensjonanti fejn qegħdin, u fuq kollox magħna l-pensjonanti jafu fejn sejrin għax dak li dejjem wgħednihom twettaq,” qal il-President tal-Partit Laburista Sciberras.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport