Sunday, December 22, 2024

Il-partita bejn Tottenham u Rennes mhux se tintlagħab

Aqra wkoll

Il-UEFA ddeċidiet li l-partita posposta bejn Tottenham u Rennes valida  mill-Fażi tal-Gruppi tal-Europa Conference League ma tistax tintlagħab biex tefgħet lil dan grupp f’kaos kbir. 

Din il-logħba ġiet posposta minħabba tifqigħa tal-Covid-19 fil-club ta’ Spurs, bit-team immexxi mill-coach Antonio Conte, talab li  tiġi skedata mill-ġdid, iżda l-UEFA sostniet li dan mhux possibbli.

Il-korp governattiv Ewropew irrefera l-kwistjoni lill-Korp tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina biex issolvi l-kwistjoni, b’Tottenham jitilfu l-logħba bħala għażla potenzjali.

L-istqarrija tal-UEFA keinet tgħid: “Wara tifqigħa tal-Covid-19 fit-team ta’ Tottenham Hotspur, qabel il-partita tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa Conference League kontra Stade Rennais FC, skedata li tintlagħab, fid-9 ta’ Diċembru 2021, f’Londra, il-partita ma setgħetx tintlagħab.

“Sfortunatament, minkejja l-isforzi kollha, ma setgħetx tinstab soluzzjoni bejn iż-żewġ clubs. 

“Bħala konsegwenza, il-partita ma tistax tintlagħab aktar u l-kwistjoni, għalhekk, se tiġi riferuta lill-Korp tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina tal-UEFA biex tittieħed deċiżjoni skond ir-regolamenti.”

Ekonomija

Sport