Wednesday, April 24, 2024

“Ferħa bla temma”… il-Bambin tal-Museum se jibqa’ ġewwa

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ferħa bla temma. Konna qed nippreparaw biex din is-sena wara nuqqas ta’ sena issir il-purċissjoni bil-bambin. Jidher imma li minn dak li qalulna l-awtoritajiet u minn dak li qed jitolbu, hi impossibbli li ssir il-purċissjoni”. 

Dan sostnieh soċju tal-Museum ma’ Talk.mt, fejn  ma naqasx li juri id-diżappunt tiegħu għal dan il-fatt.  “Nista’ ngħid li kien hemm ċertu entużjażmu mit-tfal.  Anki l-ġenituri xtaqu li din issir din is-sena.   Id-diżappunt hu kbir imma ċ-ċirkostanzi jitolbu dan”,qalilna l-istess soċju, li ma naqasx li jsemmi li s-saħħa tat-tfal u n-nies tiġi qabel.

Filfatt fl-aħħar sigħat il-fergħat tal-MUSEUM madwar Malti u Għawdex bdew jiġu infurmati li din l-purċissjoni, jew dimostrazzjoni kif tissejjaħ f’ħafna irħula mhux se tkun tista’ ssir.

F’ċirkolari li nħarġet mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija intqal li “fid-dawl ar-rapporti li ħarġu fil-mezzi tal-media dwar id-dimostrazzjoni bil-Bambin, ninnutaw li dawn ma jidħlux fid-dettal tal-miżuri mitlubin li effettivament ma nbidlux.  Dawn il-miżuri, effettivi mill-1 ta’ Novembru ta’ dini s-sena fost oħrajn jitolbu li f’attivitajiet bil-wieqfa – in-numru massimu ta’ parteċipanti irid ikun ta’ mitt persuna. L-ispazju fejn issir l-attività irid ikun maqtugħ għalih b’mod li persuni li  ma jkunux qed jieħdu sehem ma jistgħux jinġabru jaraw dak li jkun qed isir. Il-parteċipanti iridu jirreġistraw isimhom minn qabel u jkollhom ċertifikat validu tat-tiqima. Dan iċ-ċertifikat irid jiġi vverifikat mill-organizzaturi  permezz ta’ sistema ta’ verifikazzjoni. Tfal ta’ 12-il sena mill-Preparatorja ‘l Isfel, għandhom ikunu akkumpanjati minn ġenitur jew kustodju.

Is-Soċjetà fiċ-ċirkolari qalet li “dawn ir-restrizzjonijiet jagħmuha prattikament impossibbli biex id-dimostrazzjoni bil-Bambin tiġi organizzata u tilħaq l-għan tagħha. Kif imxejna dejjem, bħala Soċjetà, nibqgħu infittxu li nimxu mal-istandards tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika biex nieħdu ħsieb is-saħħa ta’ xulxin, taż-żgħażagħ u tat-tfal.  Għaldaqstant nitolbukom timxu mal-programm li għaddielkom jew se jgħaddielkom is-superjur għal dan is-żmien”.

1 kumment

  1. Jien ghandi 75 u qatt ma smajt lil hadd juza l kelma dimostrazzjoni ghal purcissjoni Tal bambin Tal milied. Veru trid tobdi l ordnijiet imma allura fejn iridu.? Fir rockextra hadd ma ra nies bla maskri wara l ewwel fillira?

Comments are closed.

Sport