Monday, December 23, 2024

“Il-Partiti huma biss strument biex isir il-ġid”

L-Eċċellenza tgħid li ħadd mhu akbar minn Malta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ħadd mhu akbar minn Malta. Dan iddikjarathu l-eċċellenza tagħha Myriam Spiteri
Debono, f’intervista li kellha ma’ dan is-sit, b’referenza għad-diskors li għamlet wara l-ħatra.

Meta mistoqsija eżattament x’kellha f’moħħha meta qalet dan id-diskors, hi rreferiet għallpartiġjaniżmu politiku u qalet li l-ewwel lealtà tagħna għandha tkun lejn pajjiżna u mhux lejn il-partit.

Il-President saħqet “il-partiti huma biss strument biex isir il-ġid lill-pajjiż u liċ-ċittadini tiegħu, mhux li jkun hemm dik il-lealtà għamja bejn il-partit per-se. Irridu nkunu kapaċi nagħmlu distinzjoni. Il-lealtà taċ-ċittadini lejn pajjiżu l-ewwel u kif jaġixxi u jopera fis-soċjetà, inklużi fil-partiti politiċi, l-għan aħħari għandu jkun ilġid komun, il-ġid komun fis-soċjetà tagħna.”

Ekonomija

Sport