Friday, December 13, 2024

Il-pazjenti bil-covid-19 rikoverati l-isptar jitilgħu għal 122

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 13,260.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 812 każ ġdid filwaqt li 240 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 122, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 479 wara li fl-aħħar 24 ma kienet reġistrata l-ebda mewt relatata mal-pandemija.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,075,996 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 227,648 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport