Thursday, October 10, 2024

Il-pjan għat-tkeċċija ta’ Erik Ten Hag wara l-laqgħa ta’ kriżi ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United “jixtiequ jistennew sa eqreb ta’ Jannar” qabel ma jkeċċu lill-manager Olandiż, Erik ten Hag, wara l-laqgħa ta’ kriżi ta’ nhar it-Tlieta.

Ir-Red Devils kellhom bidu terribbli għall-istaġun il-ġdid tal-Premier League bit-team ta’ Ten Hag bħalissa jinsab fl-14-il post tal-klassifika.

Il-United rebħu biss tnejn mis-seba’ partiti tal-ftuħ tagħhom fil-Premier League, ħadu tmien punti biss u skorjaw ħames goals biss.

INEOS u Sir Jim Ratcliffe poġġew il-fiduċja tagħhom f’Ten Hag matul is-sajf billi estendew il-ftehim tiegħu, iżda issa jinsab taħt pressjoni qawwija biex itejjeb il-prestaz­zjonijiet u r-riżultati tagħhom.

L-eżekuttivi tar-Red Devils, inkluż Ratcliffe, kellhom laqgħa nhar it-Tlieta b’xi rapporti jgħidu li Ruud van Nistelrooy lest jimla jekk jagħżlu li jkeċċu lil Ten Hag.

Qabel il-laqgħa, Ten Hag insista li kulħadd kien “fuq l- istess paġna” u żied jgħid: “Dejjem nitkellmu, kull ġimgħa. Jien ngħid li kuljum nitkellmu hekk, iva, nistenna li nitkellem magħhom.”

Imbuttat fuq li jinsabu fit-tieni nofs tal-klassifika wara l-agħar bidu li kellhom il-United għal staġun tal-Premier League wara seba’ logħbiet, Ten Hag qal: “Naħseb li għedtha tajjeb ħafna – huwa ‘storbju’ estern.

“Internament aħna diżappuntati u nafu li rridu nagħmlu aħjar, speċjalment irridu niskorjaw aktar għaliex f’dan il-mument wara dan il-blokk ta’ logħbiet dan huwa dak il-qasam li aħna verament ma wassalniex.”

U issa l-eks kap tal-iscouts tal-United, Mick Brown, qed jisma’ li r-Red Devils x’aktarx jistennew sal-Milied dwar it-tkeċċija ta’ Ten Hag.

“Huma għandhom bosta players li xi ħadd irid jidħol u jittratta magħhom,” qal Brown lill-midja.

“M’inix ċert li dawk bħal Massimiliano Allegri u Thomas Tuchel, nies bħal dawn, ikunu jridu dak il-grupp. Allura huma regolati mis-suq tat-trasferiment u meta jkunu jistgħu jagħmlu xi bidliet.

“Smajt li l-club jixtieq jistenna sa viċin Jannar qabel ma jiġbed il-grillu fuq Ten Hag sabiex kull manager ġdid jista’ jkollu s-suq tat-trasferimenti. Iżda ċ-ċirkostanzi jistgħu jkunu aktar kmieni.

“Idealment, ikun eqreb lejn Jannar u madwar il-perjodu tal-Milied u jekk iridu jagħmlu s-sejħa allura l-manager il-ġdid jista’ jdaħħal il-players tiegħu stess.

“Madankollu, ir-riżultati se jkollhom jitjiebu minħabba li l-pressjoni hija hemm u għalhekk jistgħu jkunu sfurzati jieħdu deċiżjoni aktar kmieni minn hekk.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport