Saturday, May 9, 2026

Il-PL ikompli jġedded l-impenn tiegħu lejn iż-żgħażagħ 

Minn Mariah Meli- Sindku tal-Għargħur u Kandidata tal-PL fuq id-9 u l-10 Distrett

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista reġa’ ħaseb fiż-żgħażagħ. Il-Partit Laburista qed jipproponi aktar investiment fiż-żgħażagħ u fil-futur tagħhom. Dan l-investiment huwa vot ta’ fiduċja mill-Partit Laburista fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Permezz ta’ dan l-investiment, iż-żgħażagħ se jiġu megħjuna jieħdu passi importanti fl-iżvilupp personali tagħhom u biex huma stess jinvestu fil-futur tagħhom.

Il-Partit Laburista se jara li dawk iż-żgħażagħ li investew fil-perkors edukattiv tagħhom jingħataw l-opportunità li jfaddlu aktar mill-qliegħ tagħhom fl-ewwel snin ta’ ħidma wara li jlestu l-istudju. Żgħażagħ li jsibu l-ewwel impjieg full-time tagħhom, jew li jibdew in-negozju tagħhom bħala start-up, se jingħataw tax break fuq l-ewwel €30,000 tad-dħul tagħhom fl-ewwel 3 snin ta’ ħidma. Barra minn hekk, il-Partit Laburitsa qed jipproponi li l-istudenti jingħataw żieda oħra ta’ 15% fl-istipendju. Dan ikompli jżid fuq żidiet preċedenti. Studenti li jmorru fuq Erasmus u esperjenzi simili, se jingħataw €1,000.

Il-Partit Laburista se jkun qed jgħin aktar liż-żgħażagħ biex jinvestu fi proprjetà għall-futur tagħhom. Il-proposta tal- My First Home, skema fejn il-Gvern se jsellef sa 25% tal-valur tal-propjetà lill-first-time buyers, mingħajr interessi. Dawk li jgawdu minn din l-iskema jkollhom l-opportunità li, ‘il quddiem u meta jkunu komdi, jixtru s-sehem li jkun ħareġ il-gvern. Minbarra li jgħin liż-żgħażagħ jixtru propjetà, se jkun ukoll qed jgħin liż-żgħażagħ jiffrankaw sa €75,000 f’interessi. Din l-iskema tkompli tibni fuq il-miżuri li diġa’ qed jimplimenta Gvern Laburista u li diġà huma ta’ għajnuna kbira għal eluf ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin, liema skemi se jibqgħu fis-seħħ u saħansitra jittejbu. Pereżempju, l-ammont eżentat mill-ħlas tat-taxxa tal-boll se jiżdied minn €200,000 għal €300,000, u l-first-time buyers se jingħataw rifużjoni sa massimu ta’ €1,200 għall-ispejjeż tar-riċerki u spejjeż oħra, bħall-ispejjeż tan-nutar.

Bħala żagħżugħa, dan jimlini b’kuraġġ. Naf li bi Gvern Laburista se nkun nista’ nħares lejn il-futur b’kuraġġ u determinazzjoni. Naf li nista’ nafdah, għax dejjem wettaq dak li kien ippropona bi kredibbilta’. Bħala studenta, nista’ napprezza kemm hi siewja l-għajnuna li jagħti l-Partit Laburista lilna l-istudenti. Il-fatt li l-Partit Laburista reġa’ qed jipproponi aktar miżuri għalina l-istudeni jkompli jimlini bil-kuraġġ waqt il-perkors tiegħi. Il-miżuri li diġa’ wettaq il-Partit Laburista kienu ta għajnuna kbira f’dan ir-rigward. Naf li huwa biss Gvern Laburista li jiggarantili serħan il-moħħ li l-affarijiet jibqgħu fl-iżvolta tajba li qegħdin fiha bħalissa. Naf ukoll li Partit Laburista se jkompli jibni fuq dak li diġà wettaq għalina ż-żgħażagħ u l-istudenti Maltin u Għawdxin.

L-iskemi fil-qasam tal-proprjetà jagħmlu l-kuraġġ lilna ż-żgħażagħ li nagħmlu l-pass li nixtru proprjetà għalina. Permezz ta’ din l-għajnuna, Partit Laburista qed jgħin lilna ż-żgħażagħ nibnu futur sod għalina nfusna. Waqt li ħaddieħor jikkritika u jipprattika politika tal-awsterita’, il-Partit Laburista joffri soluzzjonijiet fattibbli għalina ż-żgħażagħ.

Bħala żagħżugħa, ninsab fiduċjuża li b’Robert Abela fit-tmun, il-futur tiegħi huwa fis-sod. Bil-proposti tiegħu u t-tim kollu, il-Partit Laburisti qed ikompli jġedded l-impenn tiegħu lejn iż-żgħażagħ. B’hekk b’Partit Laburista fil-gvern, għandna garanzija ta’ stabbilità għal futur sabiħ fejn pajjiżna jkompli joħloq il-ġid u fejn aħna ż-żgħażagħ nistgħu nikbru it-talenti tagħna u nibnu futur sabiħ għalina nfusna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport